Il-pajjiżi tal-Visegrad – Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka u Slovakkja – tkellmu kontra l-prinċipju ta’ lista ‘transnazzjonali’ għall-elezzjonijiet Ewropej 2019. Din il-lista tkun tinkludi kandidati mill-Ewropa kollha biex iċ-ċittadini Ewropej jagħżlu 27 kandidat minn liema pajjiż iridu.
Il-pajjiżi tal-Visegrad ma jaqblux ukoll mas-sistema li l-President tal-Kummissjoni jinħatar mill-grupp politiku li jkun ġab l-aktar siġġijiet fil-Parlament Ewropew. Kien propju b’din is-sistema li nħatar il-President attwali tal-Kummissjoni Jean Claude Juncker fl-2014 wara r-rebħa tad-Demokristjani fil-Parlament Ewropew.
L-idea ta’ lista transnazzjonali għal żmien twil kellha l-appoġġ tal-federalisti Ewropej, u issa reġgħet kisbet is-saħħa wara l-elezzjoni Franċiża tal-President Emmanuel Macron. Qed ikun propost li parti mis-siġġijiet li se jitħallew vojta minħabba l-Brexit jiġu allokati lil deputati li jkunu eletti minn dawn il-listi ‘transnazzjonali’.
SPJUNAĠĠ FUQ IL-BAĦAR
Read More
MANIPOLAZZJONI TOTALI
Read More
STRATEĠIJA GĦALL-BALKANI KOLLHA
Read More
TAL-VISEGRAD KONTRA KOSTITWENZA EWROPEA
Read More
ORBAN FITTEX ALLEAT FIL-KANĊILLIER AWSTRIJAK
Read More
BULLMAN FLOK PITTELLA SAL-4 TA’ MARZU
Read More
5% ŻIEDA FIL-PAGA MINIMA
Read More
TRASPORT FIL-PERIFERIJA TAL-UE
Read More
Post a comment