L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan qalu Alfred Sant waqt li ressaq l-emendi tiegħu tar-Rapport Annwali tal-Parlament Ewropew dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni bħala Shadow Rapporteur għall-S&D fil-Kumitat Ekonomiku u tal-Affarijiet Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON). Dr Sant daħħal emendi dwar il-liberalizzazzjoni fis-settur tat-trasport, il-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni fid-dinja diġitali,  dwar Google, il-liberta` biex aġenti tal-ivvjaġġar ‘online’ ibigħu biljetti tal-ajru bla xkiel, is-separazzjoni ċara tal-poteri tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, u l-kompetizzjoni fis-settur tal-ikel u fl-agrikoltura.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew esprima s-sodisfazzjon tiegħu li setturi importanti qed jingħataw rikonoxximent permezz tal-proposti tar-Rapporteur tal-Grupp Politiku ALDE Ramon Tremosa u bl-emendi li ressaq. Ir-rapport mistenni jitla’ għall-vot waqt il-plenarja ta’ Marzu fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

“Min-naħa tiegħi u tal-S&D, l-aktar punt kruċjali huwa dak li nħarsu lil min hu l-aktar dgħajjef fiċ-ċirku tal-kompetizzjoni. Dan huwa rifless fl-emendi tagħna f’dan ir-Rapport.” saħaq l-Ewroparlamentari.

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-link.

https://www.youtube.com/watch?v=9CfQfSXg–A

SPJUNAĠĠ FUQ IL-BAĦAR

L-Aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri FRONTEX se żżid l-ispjunaġġ fuq il-baħar permezz ta’ operazzjoni ġdida  ta’ spjunaġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran li se tintraċċa nies ...
Read More

MANIPOLAZZJONI TOTALI

Alfred Sant iddeskriva r-rapport tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Malta bħala ‘manipolazzjoni totali’. Dr Sant qal dan waqt dibattitu dwar il-liberta` ...
Read More

STRATEĠIJA GĦALL-BALKANI KOLLHA

Tnax-il pajjiż membru tal-UE, inkluż Malta, iddikjaraw li l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE għandha tibqa’ mmexxija minn proċess u mhux minn data, ...
Read More

TAL-VISEGRAD KONTRA KOSTITWENZA EWROPEA

Il-pajjiżi tal-Visegrad - Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka u Slovakkja - tkellmu kontra l-prinċipju ta’ lista ‘transnazzjonali’ għall-elezzjonijiet Ewropej 2019. Din ...
Read More

ORBAN FITTEX ALLEAT FIL-KANĊILLIER AWSTRIJAK

L-immigrazzjoni kienet iċ-ċentru tat-taħditiet bejn il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban u l-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz. Orban żar Vjenna f’attentat li ...
Read More

BULLMAN FLOK PITTELLA SAL-4 TA’ MARZU

Il-mexxej tal-S&D tal-Parlament Ewropew, Gianni Pittella, ħabbar li s-soċjal-demokratiku Udo Bullman se jkun il-mexxej temporanju ta’ dan il-grupp politiku sal-ħadd ...
Read More

5% ŻIEDA FIL-PAGA MINIMA

Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta ta’ Alfred Sant biex il-paga ...
Read More

TRASPORT FIL-PERIFERIJA TAL-UE

L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment