L-immigrazzjoni kienet iċ-ċentru tat-taħditiet bejn il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban u l-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz. Orban żar Vjenna f’attentat li jżid il-ħbieb tiegħu fi ħdan il-pajjiżi tal-Unjoni. Iż-żewġ mexxejja populisti qablu li l-immigrazzjoni illegali għandha titwaqqaf u l-fruntieri esterni tal-Unjoni għandhom jissaħħu.

Kurz,  ta’ 31 sena,  inħatar kanċillier f’Diċembru li għadda.  Jemmen li s-sistema tal-Unjoni ta’ tqassim ta’ immigranti bil-kwoti fil-pajjiżi membri ma ħadmitx, argument li jirrifletti t-twemmin ta’ Orban, magħruf li fil-kriżi tal-immigrazzjoni tal-2015 tella’ l-ħitan biex ma jħallix immigranti jirfsu pajjiżu.

“L-immigrazzjoni illegali trid tieqaf biex niggarantixxu s-sigurta`,” qal Kurz.

Orban jittama li jerbaħ għat-tielet darba konsekuttiva l-elezzjonijiet Ungeriżi f’April.

“L-akbar theddida għall-futur tal-Ewropa u għal kultura Kristjana hija l-immigrazzjoni. Biex ix-Schengen tibqa’ taħdem bla passaporti, jeħtieġ li l-fruntieri esterni tal-Unjoni jkunu protetti.” qal Orban.

L-Awstrija s’issa hija l-uniku stat membru bi gvern ta’ koalizzjoni magħmul minn partit konservattiv u partit tal-lemin estrem. Il-Viċi-Kanċillier Awstrijak tal-lemin estrem Heinz-Christian Strache, jargumenta li l-Awstrija għandha tingħaqad politikament mal-pajjiżi tal-Visegrad u tmur lil hinn mill-alleati tradizzjonali tagħha. Il-Kanċillier Kurz s’issa qed jisħaq li għaqda politika mal-Visegrad mhix fl-aġenda u li l-Awstrija tista’ sservi ta’ pont bejn il-pajjiżi tal-Lvant tal-Visegrad u l-pajjiżi Ewropej tal-Punent.

 

SPJUNAĠĠ FUQ IL-BAĦAR

L-Aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri FRONTEX se żżid l-ispjunaġġ fuq il-baħar permezz ta’ operazzjoni ġdida  ta’ spjunaġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran li se tintraċċa nies ...
Read More

MANIPOLAZZJONI TOTALI

Alfred Sant iddeskriva r-rapport tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Malta bħala ‘manipolazzjoni totali’. Dr Sant qal dan waqt dibattitu dwar il-liberta` ...
Read More

STRATEĠIJA GĦALL-BALKANI KOLLHA

Tnax-il pajjiż membru tal-UE, inkluż Malta, iddikjaraw li l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE għandha tibqa’ mmexxija minn proċess u mhux minn data, ...
Read More

TAL-VISEGRAD KONTRA KOSTITWENZA EWROPEA

Il-pajjiżi tal-Visegrad - Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka u Slovakkja - tkellmu kontra l-prinċipju ta’ lista ‘transnazzjonali’ għall-elezzjonijiet Ewropej 2019. Din ...
Read More

ORBAN FITTEX ALLEAT FIL-KANĊILLIER AWSTRIJAK

L-immigrazzjoni kienet iċ-ċentru tat-taħditiet bejn il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban u l-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz. Orban żar Vjenna f’attentat li ...
Read More

BULLMAN FLOK PITTELLA SAL-4 TA’ MARZU

Il-mexxej tal-S&D tal-Parlament Ewropew, Gianni Pittella, ħabbar li s-soċjal-demokratiku Udo Bullman se jkun il-mexxej temporanju ta’ dan il-grupp politiku sal-ħadd ...
Read More

5% ŻIEDA FIL-PAGA MINIMA

Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta ta’ Alfred Sant biex il-paga ...
Read More

TRASPORT FIL-PERIFERIJA TAL-UE

L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment