L-Aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri FRONTEX se żżid l-ispjunaġġ fuq il-baħar permezz ta’ operazzjoni ġdida  ta’ spjunaġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran li se tintraċċa nies suspettati b’terroriżmu u kriminali oħra. Dan l-eżerċizzju se jsir mill-Aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri FRONTEX li se tkompli bil-missjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ meta jkun meħtieġ.

Il-mandat tal-FRONTEX li tiffoka aktar fuq is-sigurta` turi bdil fid-direzzjoni tal-Unjoni li qed tqis li potenzjalment il-persuni salvati fuq il-baħar jistgħu jkunu ta’ theddida. Kelliema għall-FRONTEX qalet li l-missjoni l-ġdida tal-Unjoni se tkun qed tiffoka l-aktar fuq is-sigurta`. ‘Il-ġbir ta’ informazzjoni permezz tal-ispjunaġġ u ta’ attivita` oħra se jsir bl-għan li nidentifikaw it-terroristi fuq il-fruntieri esterni.”

L-informazzjoni li se tinġabar mill-missjoni l-ġdida tal-FRONTEX se tingħata lill-awtoritajiet Taljani u lill-aġenziji Ewropej bħal Europol. Il-missjoni tkopri ż-żona ċentrali tal-Mediterran u tissorvelja l-mewġ tal-immigranti li jitilqu mill-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu, it-Turkija u l-Albanija. Issa qed tinkludi l-baħar Adrijatiku minħabba d-drogi li deħlin l-Ewropa mir-rotta tal-Albanija.

Il-FRONTEX diġa` għaddiet dettalji dwar persuni lill-aġenziji tal-Unjoni Ewropea bħal Europol. Is-sena l-oħra  l-aġenzija għaddiet mal-1, 300 mazz ta’ dokumenti ta’ spjunaġġ lill-Interpol.

Osservaturi politiċi jissuspettaw li l-enfażi tal-FRONTEX għall-attivita` l-ġdida qed issir biex jitwaqqfu l-influssi ta’ nies mill-kosta tal-Libja lejn l-Ewropa. Dawn huma organizzati minn gruppi kriminali li qegħdin jorganizzaw kutrabandu uman u jabbużaw minn eluf ta’ immigranti li jixtiequ jaqsmu mill-Afrika lejn il-kontinent.

 

SPJUNAĠĠ FUQ IL-BAĦAR

L-Aġenzija tal-ħarsien tal-fruntieri FRONTEX se żżid l-ispjunaġġ fuq il-baħar permezz ta’ operazzjoni ġdida  ta’ spjunaġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran li se tintraċċa nies ...
Read More

MANIPOLAZZJONI TOTALI

Alfred Sant iddeskriva r-rapport tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Malta bħala ‘manipolazzjoni totali’. Dr Sant qal dan waqt dibattitu dwar il-liberta` ...
Read More

STRATEĠIJA GĦALL-BALKANI KOLLHA

Tnax-il pajjiż membru tal-UE, inkluż Malta, iddikjaraw li l-istrateġija għat-tkabbir tal-UE għandha tibqa’ mmexxija minn proċess u mhux minn data, ...
Read More

TAL-VISEGRAD KONTRA KOSTITWENZA EWROPEA

Il-pajjiżi tal-Visegrad - Ungerija, Polonja, Repubblika Ċeka u Slovakkja - tkellmu kontra l-prinċipju ta’ lista ‘transnazzjonali’ għall-elezzjonijiet Ewropej 2019. Din ...
Read More

ORBAN FITTEX ALLEAT FIL-KANĊILLIER AWSTRIJAK

L-immigrazzjoni kienet iċ-ċentru tat-taħditiet bejn il-Prim Ministru tal-Ungerija Viktor Orban u l-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz. Orban żar Vjenna f’attentat li ...
Read More

BULLMAN FLOK PITTELLA SAL-4 TA’ MARZU

Il-mexxej tal-S&D tal-Parlament Ewropew, Gianni Pittella, ħabbar li s-soċjal-demokratiku Udo Bullman se jkun il-mexxej temporanju ta’ dan il-grupp politiku sal-ħadd ...
Read More

5% ŻIEDA FIL-PAGA MINIMA

Vladislav Goranov, li ppreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ekonomija u l-finanzi, ma rreaġixxiex għall-proposta ta’ Alfred Sant biex il-paga ...
Read More

TRASPORT FIL-PERIFERIJA TAL-UE

L-UE għandha tiggarantixxi trasport bi prezzijiet raġjonevoli fir-reġjuni kollha tagħha, speċjalment f’dawk insulari, fil-periferija u f’reġjuni b’popolazzjonijiet żgħar fl-Unjoni. Dan ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment