Il-prijorita` tas-Soċjalisti Ewropej għandha tkun l-interessi tal-ħaddiema Ewropej u jkun tajjeb li jidhru li qed jagħmlu dan. Dan qalu l-Kap tad-delegazzjoni Laburista Maltija lill-kapijiet tad-delegazzjonijiet nazzjonali u lill-membri tal-Bureau tal-S&D fi Brussell. Dr Sant, li kien qed jindirizza laqgħa li fiha ġew diskussi l-aħħar żviluppi politiċi fl-Ewropa, qal li l-votanti madwar l-Ewropa qed jirrealizzaw li meta l-għażla tkun bejn ‘Ewropa’ u l-interessi tal-ħaddiema Ewropej, il-Partiti Soċjalisti u l-S&D qed jagħżlu l-‘Ewropa’
Is-Soċjalisti Ewropej qed jagħtu l-impressjoni li ma għandhomx il-proposti tagħhom dwar dak li qed iseħħ bħalissa. Il-perċezzjoni hija li ħafna drabi qed nimxu wara l-istess politika tal-lemin, u xi minn daqqiet nirreaġixxu biss għall-bidliet li qed iseħħu kontinwament fil-kontinent. Ma nistax naqbel ma’ din l-atitudni. Is-Soċjalisti Ewropej mhux qed jirnexxielhom joħolqu politika li tirrispondi għall-bidliet li qed iseħħu fl-Ewropa, u li fl-istess ħin tħares l-interessi tal-ħaddiema. ‘In-nuqqas ta’ kredibilita` f’setturi differenti bħall-immigrazzjoni, il-kriżi tal-Greċja (fejn l-S&D qed taqbel ma’ ftehim li żgur mhux se jaħdem tajjeb) u s-sitwazzjoni tar-Russja u l-Ukraina għandhom l-istess kaġun. Wasalna sa hawn għax l-interessi tal-ħaddiema Ewropej ma ngħatawx prijorita` u għaliex ma ġewx imfassla strateġiji soċjalisti ġodda.’ Qal Dr. Sant.
Il-laqgħa tmexxiet minn Gianni Pittella, President tal-S&D
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-European-waving-flag-on-white-94405955-300x300.jpg)
IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/08/Europäische_Wirtschafts-_und_Währungsunion.svg_-300x300.jpg)
‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-European-Union-Schengen-Countr-91594256-300x300.jpg)
IX‑XENGEN FIL‑PERIKLU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Asian-worker-at-construction-m-70337410-300x300.jpg)
L‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Night-Earth-A-Piece-Of-Europe-61082897-copy-300x300.jpg)
JIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/as_econ-300x300.jpg)
JEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Unemployed-man-at-home-on-the-62265308-300x300.jpg)
TNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/IMG_2328-Large-e1441909739968-300x300.jpg)
L‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-The-main-train-station-Zagreb-50749130-300x300.jpg)
€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Truck-In-Port-66262615-300x300.jpg)
X’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI
Read More
Post a comment