Wara xhur ta’ staġnar, ir-rata tal-qgħad niżlet b’0.2% fiż-żona ewro għax-xahar ta’ Lulju, biex b’hekk saret 10.9%. Fl-Unjoni Ewropea kollha l-qgħad naqas minn 9.6% għal 9.5%.
Kważi kull stat membru rreġistra tnaqqis fir-rata tal-qgħad għal Lulju, għalkemm f’xi pajjiżi dan it-tnaqqis kien minimu. L-ikbar tnaqqis kien reġistrat fl-Italja fejn f’xahar wieħed il-qgħad minn 12.5% naqas għal 12%. Il-Kroazja wkoll irreġistrat tnaqqis tajjeb fejn il-qgħad niżel b’0.3%, biex b’hekk ġie jlaħħaq 15.1%.
L-istati membri li qed jirreġistraw tnaqqis sostanzjali huma Malta, il-Portugall, il-Bulgarija u Spanja. 6 pajjiżi membri tal-UE rreġistraw żieda żgħira ta’ 0.1%. Dawn kienu r-Repubblika Ċeka, Franza, Ċipru, Litwanja, il-Lussemburgu u l-Finlandja.
It-tnaqqis fir-rata tal-qgħad qed jaffettwa wkoll liż-żgħażagħ taħt il-25 sena għaliex inqas minn 22% minnhom kienu bla xogħol f’Lulju, meta kkumparat ma’ 22.3% f’Ġunju. L-ikbar tnaqqis kien reġistrat l-Italja (-2.6% biex ġie 40.5%), il-Belġju (-1.3%), il-Bulgarija (-0.7%) Slovakkja (-0.7%) u l-Portugall (-0.6%). L-iktar pajjiż li kellu żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ kien il-Litwanja fejn minn 18.6% tela’ għal 19.4% f’xahar wieħed.
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-European-waving-flag-on-white-94405955-300x300.jpg)
IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/08/Europäische_Wirtschafts-_und_Währungsunion.svg_-300x300.jpg)
‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-European-Union-Schengen-Countr-91594256-300x300.jpg)
IX‑XENGEN FIL‑PERIKLU
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Asian-worker-at-construction-m-70337410-300x300.jpg)
L‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Night-Earth-A-Piece-Of-Europe-61082897-copy-300x300.jpg)
JIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/as_econ-300x300.jpg)
JEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Unemployed-man-at-home-on-the-62265308-300x300.jpg)
TNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/IMG_2328-Large-e1441909739968-300x300.jpg)
L‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-The-main-train-station-Zagreb-50749130-300x300.jpg)
€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.
Read More
![](http://www.alfredsant.eu/wp-content/uploads/2015/09/bigstock-Truck-In-Port-66262615-300x300.jpg)
X’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI
Read More
Post a comment